Il-Pulizija b’ħinijiet ġodda – One News

Notifiki

Il-Pulizija b’ħinijiet ġodda

Il-Korp tal-Pulizija minn għada se jkun qed jaħdem b’ħinijiet ġodda, dawn il-ħinijiet se jidħlu fis-seħħ wara li kienet saret talba konġunta miż-żewġ unjins f’Mejju li għadda.

Dan ħabbritu l-POU (Police Officers Union), li stqarret li din kienet ix-xewqa tal-membri li se jiġu affetwati iżda ma kellha ebda impatt negattiv fuq is-servizz li jingħata lill-Pubbliku.
Dawn il-ħinijiet ġodda jaffetwaw lill-Pulizija li jaħdmu fl-uffiċini li fil-passat kienu jaħdmu ħinijiet twal fix-xitwa u ħinijiet iqsar fis-sajf. B’dan it-tibdil il-Pulizija se jibdew jaħdmu mit-Tnejn sal-Ħamis mis-07.00 sa l-16.30, u bejn is-07.00 u l-16.15 kull nhar ta’ Ġimgħa.
Il-unjin spjegat li dawn il-Pulizija kienu ilhom snin jixtiequ li jkollhom dan it-tibdil fil-ħinijiet.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend