Dalgħodu fl-Għammieri: Entużjażmu sħiħ għall-annimali

Sa minn kmieni l-Ħadd filgħodu bdiet għaddejja ħidma sfieqa sabiex għal sena oħra tittella’ l-wirja tal-annimali ġewwa l-Għammieri. Din il-wirja tal-annimali ssir dejjem f’Ottubru, propju viċin il-Jum Dinji għall-annimali li jiġi nhar l-erbgħa t’Ottubru fejn titfakkar ukoll il-festa ta’ San Franġisk t’Assisi, il-patrun tal-annimali.

Għal sena oħra saru żewġ wirjiet tal-klieb u kien hemm madwar ħmistax-il stand armat li mhux biss ippromovew l-ħarsien tal-annimali iżda anki l-prodotti lokali magħmula mill-annimali u l-agrikultura bħal ġbejniet friski u ż-żejt taż-żebbuġa.

Spikka l-entużjażmu ta’ dawk li kienu qed jieħdu sehem f’din il-wirja fosthom l-organizazzjoni favur il-ħarsien taż-żwiemel li ipparteċipaw f’din il-wirja għall-ewwel darba.

Apparti l-annimali oħra li s-soltu naraw bħal baqar, qtates u żwiemel, l-attenzjoni marret ukoll fuq l-annimali eżotiċi u rettili oħra li kull ma jmur l-interess lejhom qed ikompli jitkattar. Fuq kollox stajna insegwu il-passjoni li dawn in-nies għandhom.

Għalihom l-annimali huma l-mimmi t’għajnejhom u kif inhu xieraq, l-annimal jistħoqlu l-aħjar biex jgħix flimkien mal-bniedem.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend