BIL-FILMAT: Minn żona ta’attakk għal park tal-ilma – One News

BIL-FILMAT: Minn żona ta’attakk għal park tal-ilma

Kienu l-bosta li kkumentaw dwar dan il-filmat li tpoġġa fuq is-sit soċjali facebook. Filmat li juri t-tfal f’Aleppo jidħku u jgħumu f”żona fejn kien għadu kemm sar attakk mill-ajru. L-istess żona kienet mimlija bl-ilma wara li kawża tal-bumbardament saret ħsara estensiva fil-provvista tal-ilma.

Għal dawn it-tfal, dik li hija parti minn memorja kerha, żona li kienu għadhom kemm ġew rikoverati minnha numru ta’ persuni bla ħajja, fejn qed jużawa daqs li kieku park tal-ilma fejn setgħu jifriskaw f’temperatura ta’ 30°C.

Fl-istess filmat tinstema l-bikja ta’ mara li tilfet lil ħuha f’attakk li seħħ fis-02.00a.m, filwaqt li tifel ieħor ma jirreallizzax li s-seba’ persuni maqbuda taħt it-tifrik huma l-familjari tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend