Notifiki

Lejn aktar parkeġġ fil-Mosta: il-Kunsill Lokali jaqbel mal-pjan tal-Gvern

Il-Kunsill Lokali tal-Mosta illum sejjaħ konferenza tal-aħbarijiet li matulha esprima appoġġ għal proġett li se jkun qed iwettaq dan il-Gvern. B’impenn biex tissolva l-problema ta’ nuqqas ta’ spazju ta’ parkeġġ fiċ-ċentru tal-Mosta, il-Gvern qiegħed jipproponi proġett ta’ parkeġġ li joffri spazju għal madwar 400 vettura.

Il-Kunsilliera tal-Mosta dalgħodu qablu unanimament li l-proġett isir, permezz ta’ ftehim mal-privat.

Wara konsultazzjoni ma’ Projects Malta ġew identifikati erba’ siti fejn dan jista’ jsir:

– Zona A u B eżatt maġenb ir-Rotunda
-Zona C fejn Pjazza 16 ta’ Settembru
-Zona D bejn Triq il-Wied u il-Lunzjata.

Se jitwaqqaf kumitat tekniku b’rapprezentati tal-Gvern u anke tal-Kurja biex jigi assigurat li ma ssir l-ebda ħsara fuq il-monument storiku li hija l-Knisja tal-Mosta.

Is-sottomissjonijiet għal dan il-proġett mistennija jidħlu f’Novembru.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend