Il-Gvern ifassal liġijiet iktar ħorox dwar xorb u sewqan

Il-Gvern fassal u se jippubblika għad-diskussjoni dalwaqt, liġijiet iktar iebsa b’rabta max-xorb u s-sewqan. Fejn primarjament huma bbażati fuq inqas tolleranza fil-livell ta’ alkoħol. Żvela dan il-Prim Ministru Joseph Muscat meta l-Ġimgħa filgħaxija kien qed jieħu sehem fil-programm ONE WEEK.

“Naħseb li għandna tolleranza kbira wisq f’dak li huwa xorb. Meta tqabbel il-livell ta’ alkoħol permessibbli meta tgħamel il-breathylser test hawn Malta qegħdin fl-ogħla livell flimkien mal-Ingilterra,” qal il-Prim Ministru. Żied li Malta hi l-uniku pajjiż li tagħmel x’tagħmel, jew issuq x’issuq hemm l-istess livell ta’ alkoħol li huwa permessibbli.

“L-ewwel nett irid ikun hemm inqas alkoħol permessibbli minn kulħadd. Ammont jerġa’ inqas għall-persuni li għadhom iġibu l-liċenzja. Imbagħad hemm ammont inqas għall-persuni li jsuqu trakkijiet u vetturi kummerċjali u xejn tolleranza ta’ alkoħol għal min isuq karozza tal-linja, minibus jew vetturi oħra li jġorru l-passiġġieri,” iddikjara l-Prim Ministru.

“Int hemm mhux qed issuq lilek innifsek biss. Aħna sal-lum jekk bniedem isuqx għal rasu jew jekk issuqx it-tfal għall-iskola kkunsidrat l-istess,” tenna l-Prim Ministru li żvela kif se jiddaħħlu sistemi ġodda ta’ infurzar.

“Ittellgħu xi sittin persuna b’rabta ma’ alkoħol. Mhix realistika,” żied il-Prim Ministru li qal li jemmen li l-gvern għandu r-rieda politika li jittieħdu dawn il-passi.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

3 Comments

  1. ehh bilhaqq ghax il-prim bix-xufier…li nhallsuhulu ahna! ahjar jiccekkjaw ghad-droga l-ewwel u ghax dawn l-incidenti li qed ikollna mhux bl-alkohol ikunu. ma rridx niftihem li wiehed ikun xurban ghandu jsuq imma hemm differenza minn min ikun ha 3 birra ghal min ikun xurban

  2. Jekk il-liġijiet huma diġa jeżistu għaliex mhux qed jiġu applikati? Forsi għax min suppost japplikom mhux qed jagħmel xogħolu sew? Għaliex dejjem il-ħtija taqa’ fuq il-gvern?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend