Simon Busuttil kontra l-investiment – One News

Notifiki

Simon Busuttil kontra l-investiment

L-attakk bitter li qed jagħmel Simon Busuttil fuq l-investiment Amerikan f’Malta mill-kumpanija ġganteska Crane Currency huwa sempliċiment frott id-disprament politiku tiegħu quddiem ir-rizultati pożittivi li qed jesperjenzaw il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Fuq kollox għax il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa kontra l-investiment.

Il-Partit Laburista fi stqarrija spjega li dan l-attakk mhuwiex fula f’qargħa, iżda attakk sistematiku kontra kull investiment li kien attirat lejn pajjiżna u li permezz tiegħu qed ikun maħluqa aktar impjiegi ta’ kwalità.

  • Attakk fuq il-programm ta’ Ċittadinanza b’investiment li Busuttil iddeskriva bħala prostituzzjoni ta’ Malta.
  • Attakk fuq l-investiment fil-qasam tal-enerġija ta’ €320miljun li salva l-Enemalta u qal li huwa ma riedx li jħalli subgħajn iċ-Ċiniżi fuq is-swiċċ tal-elettriku.
  • Attakk fuq l-investiment fil-qasam tas-Saħħa ta’ €200miljun li għall-Kap tal-Oppożizzjoni m’huwa investiment xejn.
  • Attakk fuq l-investiment ta’ €120miljun tal-Università Amerikana f’Malta permezz ta’ kampanja ta’ biża fil-konfront tal-Ġordan u l-prezzijiet tal-għaġin.

Issa jmiss attakk fuq dan l-investiment Amerikan  ta’ $100miljun u b’ħolqien ta’ 300 post tax-xogħol ġdid.

Il-Partit Laburista fisser kif Simon Busuttil ma jiflaħx jara lil dan il-pajjiż jagħmel suċċess. Jekk ma jilgħabx, se jkompli jħassar. Imma quddiemu se jsib Gvern li jkompli jaħdem b’enerġija pożittiva biex jattira l-investiment u jkompli jagħmel minn Malta l-aqwa pajjiż fl-Ewropa.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend