Jinstabu żewġ pitturi misruqin ta’ Van Gogh fl-Italja – One News

Jinstabu żewġ pitturi misruqin ta’ Van Gogh fl-Italja

Il-Pulizija Taljana sabet żewġ pitturi ta’ Van Gogh li kienu insterqu minn mużew f’Amsterdam fl-2002.
Intqal li x-xogħolijiet instabu għand il-mafja Naplitana.

Il-mużew ta’ Van Gogh f’Amsterdam qal li x-xogħolijiet instabu waqt investigazzjoni kbira u kontinwa li saret mill-prosekuturi Taljani u uffiċjali kontra l-kriminalita organizzata. Il-pitturi nsterqu minn ħallelin li użaw sellum u mrietel kbar biex jidħlu fil-mużew.

Rapporti fl-Italja qalu li dawn instabu qalb iktar assi li jiswew il-miljuni ta’ ewro u li kienu fil-pussess ta’ grupp tal-Camorra b’rabtiet mat-traffikar tal-kokaina.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend