Malta Classic Weekend : Festa ta’ karozzi klassiċi – One News

Notifiki

Malta Classic Weekend : Festa ta’ karozzi klassiċi

Din is sena ser tkun qed tiġi organizzata is-sitt edizzjoni tal-Malta Classic Weekend fl-Imdina, propju bejn is-6 u 9 ta’ Ottubru.

Il-Ħadd se tkun qed issir tellieqa b’karozzi klassiċi bejn 60 kompetitur, bl-għan li jirbħu il- Malta Classic Trophy, li huwa wieħed prestiġjuż għad-dilettanti ta’ dawn it-tip ta’ karozzi.

F’din l-edizzjoni se nkunu qegħdin naraw sezzjoni partikolari fil-foss tal-Imdina, li tinkludi attrazzjonijiet għall-familja kollha. F’din il-parti, il-pubbliku se jkun qed isib logħob għat-tfal u cocktail bars fost oħrajn.

Għal aktar informazzjoni tistgħu tidħlu fuq maltaclassic.com

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend