L-imħabba ta’ pingwin lejn ir-raġel li salvah minn ħalq il-mewt – One News

L-imħabba ta’ pingwin lejn ir-raġel li salvah minn ħalq il-mewt

Ta’ kull sena jiġi dak il-mument meta raġel li joqgħod il-Brażil ikollu żjara unika u speċjali. Din iż-żjara jagħmilha l-pingwin Dindim, żjara li x-xjentisti jemmni li hija ġest ta’ lealtá lejn dan ir-raġel li kien salvah minn ħalq il-mewt.


Joao Periera de Souza salva lil dan il-pingwin wara li rah mitluq mal-art, jiġġieled għal ħajtu, miksi żejt u  ma jistax jiċaqlaq. Kien propju minn dakinhar, li dan ir-raġel b’qalb kbira ta’ kuljum kien jikkura lil dan il-pingwin. Fil-kummenti tiegħu ma’ CNN dan ir-raġel stqarr li meta dan il-pingwin ħa saħħtu lura, huwa reġa ħadu lura fl-ilma, fl-ambjent tiegħu. Iżda minkejja dan, dan il-pingwin ta’ kull sena jirritorna lura lejn id-dar ta’ Joao biex bħal donnu jirringrazzjah.
L-ebda xjentist ma seta’ jemmen din l-istorja u kien propju għalhekk li f’Marzu poġġew tag fuq dan il-Pingwin biex jaċċertaw ruħhom li dan il-fenomenu kien reali, u kien propju permezz ta’ din it-tag li x-xjentisti ikkonfermaw li kien propju  l-istess pingwin li ta’ kull sena jiġi jsellem lill-eroj tiegħu.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend