Joħroġ mill-ITU r-raġel li kien fil-mira tal-bomba – One News

Notifiki

Joħroġ mill-ITU r-raġel li kien fil-mira tal-bomba

Ħareġ mit-taqsima tal-kura intensiva r-raġel minn Ħal-Qormi ta’ 35 sena li kien fil-mira ta’ bomba nhar it-Tnejn fil-Marsa.

Wara li kien operat u għadda sigħat twal fil-periklu tal-mewt ir-raġel ittieħed f’sala oħra tal-isptar dalgħodu u ONE NEWS huwa nfurmat li l-pulizija tkellmu miegħu b’mod immedjat. Dan hekk kif issoktaw bl-investigazzjoni f’każ li qed ikun meqjus bħala wieħed serju ħafna u li seta’ kellu konsegwenzi ferm agħar.

F’dan l-istess każ weġgħu żewġ persuni oħra; il-passiġġier li kien fil-vann u raġel li kien f’karozza oħra li spiċċat ħabtet mal-vann kawża tal-isplużjoni. Dawn sofrew ġrieħi ħfif.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend