Id-dibattitu bejn Clinton u Trump segwit minn 84 miljun persuna – One News

Id-dibattitu bejn Clinton u Trump segwit minn 84 miljun persuna

Id-dibattitu Presidenzjali fl-Istati Uniti bejn Hillary Clinton u Donald Trump kien segwit minn 84 miljun persuna fuq it-televiżjoni Amerikana.

Dan ifisser li kiser ir-rekord preċedenti li seħħ 36 sena ilu meta d-dibattitu bejn Jimmy Carter u Ronald Reagan fl-1980 ġibed aktar minn 80 miljun telespettatur.

Il-figura reali tista’ tkun aktar hekk kif din il-figura qed tinkludi biss lil tlettax-il stazzjon televiżiv Amerikan li xandar id-dibattitu b’mod dirett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend