Keith Schembri jiċħad stejjer tal-PN – One News

Notifiki

Keith Schembri jiċħad stejjer tal-PN

L-uffiċċju tal-Prim Ministru ddeskriva bħala attakk iddisprat li jipprova jxekkel l-investiment dak fuq l-investiment ta’ mitt miljun ewro minn Crane Currency.

Fl-aħħar sigħat il-Partit Nazzjonalista u entitajiet qrib tiegħu prova jagħtu x’jifhem li b’dan l-investiment kien se jmur tajjeb iċ-chief of staff tal-Prim Ministru. Dan għax huwa aġent f’Malta ta’ kumpanija li tbigħ apparat li tuża Crane Currency.

Il-Gvern għamilha ċara li bħala entità kummerċjali, Crane Currency, tagħżel hi ma’ min taħdem skont l-esiġenżi tagħha u minħabba kwistjonijiet ta’ sigurta tixtri direttament m’għand min jimmanifattura l-apparat u ma tużax aġenti.

Il-Gvern qal li mhux konxju ta’ deċiżjonijiet kummerċjali li ħadet jew se tieħu l-kumpanija. Quddiem dan l-attak il-gvern qal li se jibqa jipprovdi l-ambjent meħtieġ biex iktar investituri jiġu malta u joħolqu l-impjiegi.

B’reazzjoni għal dan iċ-chief of staff tal-Prim Ministru spjega li ebda kumpanija fi ħdan Kasco Group mhi se tagħti makkinarju lill-kumpanija Amerikana Crane Currency.

Keith Schembri  spjega kif il-Makkinarju tal-istampar li tuża l-kumpanija Crance Currency titlob faċilitajiet partikolari, li jistgħu ikunu akkwistati biss mill-manifattur. Iżda jekk Crane Currency jieħdu makkinarju minn Komori, Kasco Group jista’ joffri dan is-servizz peress li ilu l-aġent ta’ Komori għall-aħħar tmien snin.

M’hemm l-ebda dubju li minħabba l-kalibru intrnazzjonali li ġġor magħha, Crane Currency se tkun qed tiddeċiedi dan skont il-vantaġġi kummerċjali offruti.

“Inħossni kburi bl-involviment tiegħi fl-investimenti f’Malta minn kull rokna tad-dinja, u minkejja l-attakki fil-konfront tiegħi se nibqa fuq quddiem nett tal-ħidma għall-investimenti f’pajjiżna biex inkomplu noħolqu iktar xogħol għall-familji Maltin. Hija ħasra li Simon Busuttil u sħabu, għal darba oħra qed jinvestu daqshekk enerġija f’attakki kontra investimenti importanti li minnhom jibbenefika poplu sħiħ,” qal Schembri.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend