L-Alternattiva temmen li l-iskejjel għandhom ikunu aktar kapaċi jiddeċiedu għalihom – One News

L-Alternattiva temmen li l-iskejjel għandhom ikunu aktar kapaċi jiddeċiedu għalihom

Fil-bidu ta’ sena skolastika ġdida, il-kelliem għall-edukazzjoni ta’ Alternttiva Demokratika, Mario Mallia radd ħajr lil kull min ħadem biex l-iskejjel ikunu lesti u akkoljenti biex jilqgħu l-istudenti illum.

Tenna l-awgurju għall-sforz li qed isir biex l-iskejjel ikomplu jkunu għajn ta’ riflessjoni u azzjoni permezz ta’ bini ta’ komunitajiet ta’ tagħlim. “Huwa permezz ta’ dawn il-komunitajiet li tkun possibbli edukazzjoni iktar inklussiva li tindokra kull tifla u tifel”, tenna jgħid Mallia.


Biex dan ikun iktar possibbli, AD ħeġġet lill-awtoritajiet edukattivi jindukraw dejjem iżjed is-sens ta’ inizjattiva, impenn u innovazzjoni fl-iskejjel permezz ta’ strutturi iktar deċentralizzati, fejn id-decizjonijiet jittieħdu fl-iskejjel stess fl-isfond tal-kuntest partikolari tagħhom.

Mallia enfasizza wkoll il-bzonn ta’ investiment akbar f’servizzi t’appoġġ bħal social workers, counsellors u family therapists fost ohrajn, u li dawn ikunu iktar viċin l-iskejjel individwali.

AD tittama wkoll li kemm jista’ jkun malajr jitħabbar pjan ċar ta’ implimentazzjoni tal-Learning Outcomes Framework. Fl-aħħar nett, awgurat lill-ġenituri sena ta’ sodisfazzjon fejn uliedhom jikbru fl-għerf, filwaqt ħeġġet lill-missirjiet b’mod partikolari, biex ikunu iktar prezenti fil-vjagg edukattiv ta’ wliedhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend