Jirnexxilhom jiġbru €7,300 b’risq id-Dar tal-Providenza – One News

Notifiki

Jirnexxilhom jiġbru €7,300 b’risq id-Dar tal-Providenza

€7,300 inġabru minn Festa Futbol li saret fil-Kalkara fis-16 ta’ Settembru b’risq id-Dar tal-Providenza.

F’din il-Festa Futbol ħadu sehem madwar 60 plejer, bil-maġġoranza tagħhom ikunu rġiel Kalkariżi li għandhom aktar minn 40 sena, fosthom eks-plejers tat-tim nazzjonali kif ukoll ta’ diversi timijiet magħrufa Maltin. Il-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-festa ta’ futbol taw donazzjoni ta’ €10 għad-Dar tal-Providenza.

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza, faħħar din l-inizjattiva li tgħaqqad il-valuri tal-isport u tas-solidarjetà. Huwa rringrazzja lill-organizzaturi, il-plejers li ħadu sehem u lil kull min b’xi mod jew ieħor ikkontribwixxa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend