7 ta’ Novembru: deċiżjoni aħħarija dwar is-siġġijiet parlamentari – One News

Notifiki

7 ta’ Novembru: deċiżjoni aħħarija dwar is-siġġijiet parlamentari

Is-sentenza dwar il-mod li bih tqassmu s-siġġijiet parlamentari wara l-aħħar elezzjoni ġenerali se tingħata nhar is-sebgħa ta’ Novembru li gej.

Dan wara li fl-istadju t’ appell l-Imħalfin semgħu l-aħħar argumenti tal-Partit Laburista, tal-Partit Nazzjonalista, tal-Avukat Ġenerali, tal-Kummissjoni Elettorali u tad-deputati li allegatament kien hemm żball fl-għadd tal-voti tagħhom. 

Wara li f’Mejju li għadda l-Prim Awla tal-Qorti Civili ordnat biex il-Partit Nazzjonalista jingħata żewġ siġġijiet parlamentari oħra, il-Gvern, l-Partit Laburista u kif ukoll il-Kummissjoni Elettorali appellaw, bil-każ instema’ llum.

L-avukat Robert Abela, f’ isem il-Partit Laburista, stqarr li d-deċiżjoni tal-ewwel Qorti ma tagħmilx sens għaliex mhux biss tvarja r-rieda tal-poplu billi terġa’ tnaqqas id-distakk tar-riżultat elettorali bejn iż-żewġ partiti, xi ħaġa li mhix permessa mil-liġi, iżda toħloq ukoll preċedent ikrah għaliex tiżra’ ż-żerriegħa tal-inċerteżża politika. Dan f’ każ meta ż-żewġ partijiet qablu li hu żball ta’ għadd tal-voti ta’ natura ġenwina u li mhux se tagħmel differenza kbira.

L-Avukat Ġenerali qal li l-fatt li jkun sar żball ma jfissirx li ma kienx hemm elezzjoni libera u li allura inkisret il-liġi. Sostna li għall-fini ta’ ċertezza, ma tistax terġa’ tiftaħ riżultat elettorali f’nofs terminu u kwalunkwe attentati biex ibiddlu l-bilanc tal-leġislatura jistgħu biss jitfgħu is-sitema f’inċertezza.

Il-Professur Ian Refalo qal ukoll li l-ligi tipprovdi rimedji meta jsiru żbalji ta’ dan it-tip, liema rimedji l-Partit Nazzjonalista jew ma użawhomx jew użawhom u tilfuhom.

Pawlu Lia, li rrappreżenta lil Justyne Caruana, Joe Debono Grech u Edward Scicluna iddeskriva l-każ bħala logħba politika perikoluża li tista’ ċċaqlaq snin ta’ sentenzi ġuridiċi dwar is-sistema elettorali ta’ Malta.

Jiddefedi lill-Partit Nazzjonalista kien hemm l-eks Segretarju Ġenerali Paul Borg Olivier.

Preżenti l-Qorti kien hemm numru ta’ Membri Parlamentari, fosthom diversi Ministri tal-Kabinett – fatt li lmenta dwaru Simon Busuttil mal-mezzi tax-xandir, wara li hu stess u s-Shadow Cabinet tieghu ħaduha drawwa jattendu kull fejn tissemma din il-kwistjoni.

Busuttil ingħata parir minn Borg Olivier biex ma jagħtix kummenti, iżda urtat bil-membri tal-kabinett u l-preżenza tal-mezzi tax-xandir, prova jaqleb kwistjoni legali f’ballun politiku.

siggijiet

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend