Wara l-mewt t’oħtha tagħżel li tgħin lir-refuġjati – One News

Wara l-mewt t’oħtha tagħżel li tgħin lir-refuġjati

Żewġ ħaddiema tas-salvataġġ fil-Ġreċja, Panagiotis Konstantaras u Antigoni Piperaki, f’dawn ir-ritratti jidhru qed jgawdu ftit ħin liberu fil-paċi. Fi kliemhom, din hija sena li qatt ma jistgħu jinsew.

“Fl-eżerċizzji ta’ taħriġ, aħna nipprattikaw salvataġġ fuq erba’ jew ħames persuni li jkunu qed isibu diffikultá fuq il-baħar. Meta tara dgħajsa jew dinghy b’aktar minn 50 persuna fuqu, ssaqsi lilek innifsek – X’se nagħmel issa? Moħħok jintilef f’ħafna ħsibijiet, b’dak ewlieni jkun li l-ħajja tagħhom tiddependi fuq l-azzjonijiet tiegħek”

Huma assistew numru kbir ta’ refuġjati fl-ikbar kriżi tal-imigrazzjoni fl-2015. Il-gżira ta’ Lesvos waħedha, rat aktar minn 10,000 immigrant f’ġurnata waħda. Il-volontiera stqarru kif ta’ kuljum jkunu fuq allert massimu, u li kważi f’kull ġurnata ta’ xogħol isalvaw dawk li jkunu qed jiġġieldu għal ħajjithom bejn sema u ilma. helpers

Panagiotis spjega kif f’Marzu n-numru ta’ immigranti beda jżid b’rata mgħaġġla ħafna. “Kien hemm għaxar dgħajjes mal-kosta. Iżda dan ma kienx biżejjed. Mis-6.00a.m sal- 10.00a.m, kellna bejn 35 u 40 dgħajsa bir-refuġjati.” Huma ddeskrivew d-dgħajjes li kienu magħmulin minn injam antik u li fihom kien ikun hemm aktar minn 200 persuna. “Fl-2015 kellna aċċident kbir, dgħajsa li kellha tlett livelli, b’refuġjati f’kull livell, ħabtet max-xtajta – Għamilna ġimgħa sħiħa niġbru l-katavri mill-baħar.” Huma stqarru li jibqgħu jiftakru kull wiċċ, kull tifel u tifel, kull persuna.

Antigoni spjegat kif iddeċidiet li tixtieq tgħin fuq bażi volontarja f’dawn is-salvataġġi wara l-eżempju li tawha omma u missiera meta ta’ kuljum, minn filgħodu sa filgħaxija, kienu jieħu ħsieb oħtha li kienet tbagħti bil-kundizzjoni ta’ cystic fibrosis. “Oħti m’għadhiex ħajja, issa rrid ngħin lir-refuġjati li jiġu f’pajjiżna bi problemi akbar minn tiegħi.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend