Anzjan ta’ 78 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien qed isuq vettura tat-tip Hillman Hunter, meta għal xi raġuni huwa tilef il-kontroll, laqat vann tat-tip Ford Connect u baqa’ dieħel ġo siġra. L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 16.30p.m fi Triq l-Imdina, Attard.
L-anzjan u x-xufier tal-vann, li għandu 30 sena huma t-tnejn residenti Ħal Qormi.
L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tal-Għassa ta’ Birkirkara għadhom għaddejjin.