AĠĠORNATA: Erba’ nisa jinqatlu f’kumpless tax-xiri fl-Amerka – One News

AĠĠORNATA: Erba’ nisa jinqatlu f’kumpless tax-xiri fl-Amerka

Erba’ nisa nqatlu u raġel jinsab f’kundizzjoni kritika wara numru ta’ sparaturi f’kumpless tax-xiri f’Burlington, fl-istat ta’ Washington, fl-Amerka.

Dan seħħ ftit tal-ħin ilu hekk kif il-pulizija għalqu l-aċċess lejn dan il-kumpless filwaqt li l-għajnuna medika waslet biex anki tgħin li xi nies li ndarbu.

Il-pulizija għadha mhiex ċerta jekk hemmx iżjed minn persuna waħda wara l-isparaturi u għad irid jiġi stabilit x’kien il-mottiv.

Numru ta’ persuni ġew evakwati lejn Knisja li tinsab viċin il-kumpless.
Wieħed minn dawn li nzerta rah b’għajnejh l-attakk iddeskriva l-allegat aggressur bħala raġel liebes il-griż iżda ma setax jgħid bl-eżatt jekk kienx hemm iżjed nies li sparaw li telqu qabel waslu l-pulizija.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend