Għandek Yahoo account? Biddel il-password illum qabel għada! – One News

Għandek Yahoo account? Biddel il-password illum qabel għada!

Mhux aħna biss kellna problemi tekniċi wara cyber attack.

Fuq livell ferm u ferm ikbar, Yahoo ħabbru li fl-2014 sofrew attakk li wassal biex hackers serqu informazzjoni dwar 500 miljun persuna. Huwa mifhum li dan kien l-ikbar cyber attack li nafu bih fl-istorja tal-internet.

Insterqet ħafna informazzjoni personali, inkluż ismijiet, indirizzi tal-emails, u tweġibiet għad-domandi li jkunu mistoqsija biex tal-Yahoo ikunu ċerti li l-user huwa tajjeb. L-attakk ma inkludiex informazzjoni minn credit cards. Yahoo jemmnu li s-serq ta’ informazzjoni kien appoġjat mill-istat. Dawn it-tip ta’ attakki jkunu għal skopijiet politiċi, u skont Yahoo qed isiru aktar ta’ spiss.

F’Lulju li għadda, Yahoo inxtraqt mill-ġgant Amerikna Verizon għal $4.8 biljun. L-aħbar li seta kien hemm attakk ħarġet l-ewwel f’Awwissu li għadda, meta hacker bl-isem ta’ Peace prova jbiegħ informazzjoni dwar 200 miljun account ta’ Yahoo. Issa Yahoo stess ikkonfermaw li l-attakk kien ferm ikbar minn kemm ħasbu.

Qed jirrakkomandaw li kull min għadu ma biddilx il-password mill-2014, jagħmilha minnufih.

L-FBI ikkonfermaw li qed jinvestigaw dak li ġara.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend