Turnew tal-Basketball b’risq Puttinu

Fi tmiem din il-ġimgħa fil-Padiljun ġewwa Ta’ Qali se jiġi organizzat turnew tal-Basketball b’risq Puttinu Cares.

Din hija r-raba’ edizzjoni ta’ dan it-turnament li se jintlagħab bejn erba’ timijiet magħmul minn irġiel li għandhom ‘il fuq minn erbgħin sena. It-timijiet bl-isem ta’ London Eagles, Malta Masters Suns, Tuesday Jazz u Balkan Fusion Masters huma ferm rinomati fil-logħob tal-Basketball għal gost.

Balkan Fusion Masters huwa magħmul minn għadd ta’ persuni mill-pajjiżi tal-Balkani li jgħixu hawn Malta, tant li l-komunità Serbjana f’pajjiżna qed tagħti l-appoġġ sħiħ lejn dan it-turnew.

Il-plejers li se jilagħbu ġejjin minn diversi oqsma tal-ħajja, fejn fost l-oħrajn hemm ukoll kirurgi li jaħdmu fil-viċin mal-pazjenti morda bil-kanċer.

Huma qed jappellaw biex is-Sibt 24 u l-Ħadd 25 ta’ Settembru, dawk interessati jmorru jżuru din il-manifestazzjoni sportiva li se tkun solidali ma’ Puttinu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend