Trabi tat-twelid jitpoġġew f’kaxxi tal-karti – One News

Trabi tat-twelid jitpoġġew f’kaxxi tal-karti

L-Oppożizzjoni fil-Veneżwela ppublikat ritratti tas-sitwazzjoni fl-isptar tal-istess pajjiż, li turi numru ta’ trabi li għalihom ma kienx hemm post biex jitpoġġew f’inkubatur u għalhekk kellhom jitpoġġew f’kaxxi tal-karti.

L-Oppożizzjoni ta’ Veneżwela saħqet li dawn ir-ritratti li ttieħdu minn infermiera li taħdem fl-isptar Domingo Guzmán Lander, juru li s-settur tas-saħħa f’dan il-pajjiż għaddej minn kriżi. L-Awtoritajiet spjegaw li qed jinvestigaw dawn ir-ritratti.
Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend