Spettaklu dwar il-Perit Mintoff – One News

Notifiki

Spettaklu dwar il-Perit Mintoff

Għall-ewwel darba, il-bijografija ta’ missier Malta ħielsa se tkun trattata permezz ta’ spettaklu oriġinali bil-Malti bil-Musical ‘Il-Perit’. Musical li se jitella’ fuq skala nazzjonali fis-Teatru ta’ L-Universita’ f’Tal Qroqq fit-23, 24 u 25 ta’ Settembru 2016. Dan il-musical, li huwa produzzjoni tal-Kumpanija Bronk għandu kitba ta’ Brian Bonnici, li huwa wkoll l-awtur tal-lirika kollha tat-28 kanuzetta li se jiġu interpretati minn bosta kantanti stabbiliti.

Il-mużika hija wkoll kollha oriġinali xogħol il-kompożitur Domnic Cini li ha ħsieb ukoll ir-recordings. Id-Direzzjoni Artistika hija ta’ Tonio Vella.

Il-musical se joffri spettaklu mill-aqwa u uniku ta’ kant, żfin, mużika u anke filmati awtentiċi li meta mħallta flimkien, se joffru lill-pubbliku Malti wieħed mill-aqwa musicals li saru f’pajjiżna.

Se tingħata stampa aktar ċara u leali tal-ħajja tal-Perit Mintoff, li din s-sena qed infakkru l-100 sena mit-twelid tiegħu. Waqt li se joħorġu fatti ġodda dwaru.

Biex jitella’ dan l-ispettaklu uniku hemm involut kast kbir ta’ kantanti u atturi , fuq korjografija ta’ Kinetic Dancers .

Il-booking għal dan il-musical jinsab miftuħ permezz tal-website www.activemalta.com inkella billi wiehed icempel fuq 21223347 / 27223347.

screen-shot-2016-09-22-at-15-33-59

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend