Poġġi d-direttorju l-antik wara l-bieb – Se tkun qed tgħin id-Dar tal-Providenza u l-ambjent – One News

Notifiki

Poġġi d-direttorju l-antik wara l-bieb – Se tkun qed tgħin id-Dar tal-Providenza u l-ambjent

Bla dubju, id-direttorju tal-‘Yellow Pages’ insibuh f’bosta djar u jintuża minn bosta familji. Direttorju li jiġbor fih numri tat-telefon lokali ta’ setturi differenti kif ukoll ta’ bosta familji. Hekk kif id-distribuzzjoni tad-direttorju 2016-2017 bdiet, il-kumpanija ħabbret li għal kull direttorju li jinġabar, €0.10 se jmorru għad-Dar tal-Providenza.

Għal dawn l-aħħar 17-il sena, il-kumpanija ġabret u rriċiklat il-kopji antiki tad-direttorju hekk kif tkun għaddejja bil-proċess li twasslilna wara l-bieb tad-dar id-dirretorja il-ġdid – dan bl-għan li jipproteġu l-ambjent. Il-Kumpanija stqarret li għalihom l-ambjent huwa importanti ferm u li ta’ kull sena ħadmu bla heda biex dan ir-riċiklaġġ isir b’mod effettiv. Kull sena jiġbru lura 63,000 kopja li jintbagħtu barra minn Malta biex jiġu riċiklati.

Mill-ewwel kolezzjoni li saret fl-1999, huma rnexxielhom jiġbru total ta’ 635, 580 kopja minn Malta u Għawdex. Huma appellaw lill-pubbliku biex ikompli jgħinhom jilħqu l-għan tagħhom li kull kopja antika ta’ dan id-direttorju li jmur lura s-snina, tiġi miġbura u riċiklata. Fuq is-sit tagħha, ħabbru li din is-sena se jkunu qed jagħmlu pass ieħor, li għal kull direttorju li jiġbru, se jkunu qed jagħtu donazzjoni ta’ 10c lil Dar il-Providenza.

“Din jaf tidher bħala ammont żgħir, iżda meta tikkunsidra li aktar minn 180,000 kopja tad-direttorju jiġu mqassma kull sena, din is-somma żgħira tilħaq id-donazzjoni ta’ €18,000, nixtiequ li permezz ta’ din l-inċentiva, l-pubbliku jgħinha nirriċklaw aktar, sforz żgħir li jista’ jagħmel differenza kbira.”

Kull m’għandek tagħmel huwa li toħroġ id-direttorju l-antik wara l-bieb, tista’ tkun taf id-dati ta’ meta r-rappreżentanti se jiġbru d-direttorji fil-lokalitá tiegħek fuq is-sit ta’ Yellow Pages. Jekk għandek bżonn aktar informazzjoni ċempel fuq 800 722 37.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend