Raġel ta’ 46 sena kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn. Dan wara li ma nstabx ħati ta’ serq iżda nstab ħati li għamel użu ħażin minn prodotti li kienu daħlu għand il-WasteServe biex ikunu distrutti iżda minflok sabu ruħhom fi rziezet biex jiġu mitmugħa lill-klieb.
Il-każ seħħ bejn il-15 ta’ Frar 2011 u s-17 ta’ Marzu tal-istess sena.Mill-provi rriżulta li l-imputat kellu razzett tal-majjali f’Ħaż-Żabbar.
Ġara li kienet intbagħtet konsenja konsiderevoli ta’ prodotti impurtati għand il-WasteServ biex jiġu distrutti għaliex l-istess prodotti ma kinux trasportati fit-temperatura li kellha tkun miżmuma.
Irriżulta però li xi prodotti minn din il-konsenja kienu spiċċaw fis-suq u kien hawn li skattat investigazzjoni.Aktar ‘il quddiem irriżulta li l-imputat, ħa numru minnhom biex jitmagħhom lill-klieb li kellu ġewwa r-razzett tiegħu.
Meta ġiet biex tiddeċiedi l-Qorti kkunsidrat fost oħrajn il-fedina penali netta tal-imputat.