Raġel ta’ 43 sena, residenti ż-Żejtun tilef ħajtu wara li għeleb krejn għal ġol-baħar. L-inċident seħħ għall-ħabta tad- 9.30 ta’ dalgħodu, fuq moll li jintuza’ minn kumpanija privata u li magħha kien jaħdem il-vittma, ġewwa l-Porti Ħieles, F’Birzebbugia,.
Ir-raġel kien qed jimmanuvra dan il-krejn, ittella’ mill-baħar u ttieħed l-isptar Mater Dei għall-kura medika fejn aktar tard ġie ċċertifikat mejjet.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.