Biex tiskopri x-Xlokk… – One News

Notifiki

Biex tiskopri x-Xlokk…

Wirt iż-Żejtun se tkun qed torganizza il-wirja annwali tagħha waqt Żejt iż-Żejtun.  Din is-sena il-wirja hija ġabra ta’ ritratti taħt it-tema: “Niskopru ix-Xlokk – Kollezzjoni Fotografika tal-Ing. Charles Mifsud”.

Il-ftuħ uffiċjali tal-wirja se jsir nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fis-18:00 fl-intrata tal-Istitut Ġesu’ Nazzarenu fi Triq San Girgor, iż-Żejtun.

Il-ħinijiet tal-ftuħ huma:

Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru: 18:30 – 20:00

Is-Sibt 24 ta’ Settembru: 17:30 – 00:00

Il-Ħadd 25 ta’ Settembru: 09:00 – 11:00

Din il-wirja hija kompletament iffininazjata minn Wirt iż-Żejtun.  Għalhekk napprezzaw li barra li żżuruham takwistaw kopja tal-ktieb bir-ritratti ta’ din il-wirja mill-bieb tad-dħul għall-prezz ta’ €5.

L-istess wirja ser tinżamm ukoll fil-Ministeru tal-Affarijiet Barranin, Palazzo Pariso, Triq il-Merkanti, Valletta, waqt Notte Bianca.

screen-shot-2016-09-21-at-17-04-53

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend