Il-vuċi tiegħek fil-Politika Nazzjonali dwar it-tfal – One News

Il-vuċi tiegħek fil-Politika Nazzjonali dwar it-tfal

Tnediet konsultazzjoni pubblika b’rabta mal-Politika Nazzjonali dwar it-tfal. Din il-Politika hija mfassla fuq erba’ sisien importanti: Is-saħħa u l-ambjent, il-familja u r-relazzjonijiet, l-edukazzjoni u l-iżvillupp kif ukoll il-kommunita’ u l-Istat.

Għal din il-konsultazzjoni pubblika tressaq dokument li jispjega l-ħidma li għandha issir biex l-istess politika tkun implimentata. Fost l-oħrajn il-ħtieġa li jkompli jonqos l-assenteiżmu fost l-istudenti u li tiġi miġġielda kull forma ta’ diskriminazzjoni li jistgħu jkunu affettwata minnha tfal emarġinati. Din il-konsultazzjoni tagħlaq fit- 30 ta’ Ottubru.

Jekk inti tixtieq li tressaq l-ideat tiegħek tista’ tibgħat e-mail fuq [email protected] jew ċċempel fuq 25 903 062.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend