Il-Partit ta’ Putin jikseb maġġoranza kbira fil-Parlament – One News

Notifiki

Il-Partit ta’ Putin jikseb maġġoranza kbira fil-Parlament

Kollox qed jindika li l-Partit ta’ Vladmir Putin, United Russia ħa jerbaħ l-elezzjonijiet parlamentari. Fil-fatt, minn sondaġġi preliminari jirriżulta kif, il-Partit ta’ Putin rebaħ aktar minn 50% tal-voti ta’ dawk li vvutaw.

Minn naħa l-oħra, għal din l-elezzjoni il-partiti Liberali u Kommunisti kisbu 14% u 16%  tal-fiduċja ta’ l-elettorat rispettivament.

L-awtoritajiet Russi rraportaw kif dawn l-elezzjonijiet huma l-aktar trasparenti li saru fl-aħħar snin, dan għaliex ġew aċċettati li joħorġu kandidat li dejjem opponew lil President Russu Vladmir Putin.

Saħansitra, ġie magħżul avukat speċjaliżżat fuq id-drittijiet umani biex ikun il-kap tal-kummissjoni elettorali.

Manadkollu, diversi midja internazzjonali qalu kif matul il-jum tal-votazzjoni ġew rraportati każijiet relatati ma’ frodi fis-sistema ta’ voti. Fil-fatt, ġew maqbuda bil-kameras tas-sigurtà, uħud mill-uffiċjali elettorali jwaddbu l-voti ġol-kaxxi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend