Għall-ħabta tal- 16.45p.m, seħħ inċident fi Triq Louis Scicluna, l-Fgura. Jidher li għal xi raġuni tifel ta’ sena u 11-il xahar intlaqat minn karozza misjuqa minn missieru li kien qed jirriversja. It-tifel iddaħħal l-isptar għall-kura wara li fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tifel l-isptar. Il-kundizzjoni taċ-ċkejken għadha mhux magħrufa.
Aktar dettalji jsegwu.