Wirja ta’ ħut f’Monte Karmeli

Il-Malta Aquarist Society qed torganizza l-wirja annwali ta’ ħut ta’ l-akkwarju fl-isptar Mount Carmel ġewwa Ħ’Attard.

Se jkun hemm varjeta kbira ta’ ħut, kollha mqassma f’kategoriji. Fosthom ħut ikkulurit bħal Siamese fighters, Guppies u anke gambli. Ħut kbir bħal Koi, Tilapia u Pacu ma jonqosx.  Ikun hemm ħut li ġie mkattar mill-membri u anke ikel u prodotti ohra minn fejn wieħed jista jixtri.

Għaqdiet oħra bħal Sharklab u Malta Herpetological Society se jkunu qed itellgħu esebizzjonijiet tagħhom ukoll.  Kulħadd huwa mistieden jiġi, fejn se ssibu l-għajnuna kollha meħtiega biex wieħed jirnexxi f’dan id-delizzju.

Il-wirja se tkun miftuħa għall-pubbliku bejn is-17 u l-21 ta’ Settembru. Il-ħinijiet tal-ftuħ ikunu bejn id-9am u 9pm għal aħħar tal-ġimgħa u l-festa u bejn l-4pm u t- 8pm matul il-ġimgħa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend