“Il-Jerma għandha ssir spazju pubbliku mill-ġdid” – One News

Notifiki

“Il-Jerma għandha ssir spazju pubbliku mill-ġdid”

Is-sit tal-Jerma għandu jerġa jsir spazzju pubbliku mill-ġdid. Qalet dan l-għaqda Front Ħarsien ODZ, fejn fi stqarrija appellat lil Gvern biex jieħu l-azzjoni meħtieġa biex dan ikun attwat.

Il-Front Ħarsien ODZ innota n-notifika ta’ infurzar mill-Awtorita tal-Ippjanar li tobliga lis-sidien tal-Jerma iwaqqgħu il-bini. Innutat ukoll li s-sit se jkun mibjugħ b’irkant f’Ottubru.

L-organizzazzjoni mhux governattiva ħeġġet lil Gvern biex jesplora il-possibiltajiet legali kollha biex jieħu l-azzjoni meħtieġa mingħajr dewmien sabiex jassigura li s-sit jingħata lura lill-pubbliku.

Temmet tgħid li din hija opportunita tad-deheb għal Gvern biex jassigura li Malta ma teġax titlef opportunita oħra li tgawdi minn spazzju pubbliku.

Ta’ QabelLi Jmiss

2 Comments

  1. La ma kienx spazju publiku ma naqbilx u ghandhu jsir investiment bl istess mod li kien u ta kwalita gholja biex anke nghinu lin negozji ta M’scala .

  2. Barra min hekk dawn tal front harsien ODZ u ghaqdiet ohra issa stenbhu wara 25 sena ghax f’kollox qed joggezjonaw issa qabel kollox kien jghaddi ara meta membru fil PN biddel kamra f’wied ghal villa umbghad beda jirriklamha ghal bejh il fuq min 800,000 dik mhi xejn ghax fi zmien il PN.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend