Notifiki

Il-Prim Ministru f’summit fejn għandha tiddomina ‘onestà brutali’

Il-Prim Ministru Joseph Muscat huwa fost il-mexxejja Ewropej li qed  jiltaqgħu fi Bratislava. Din hija l-ewwel laqgħa wara d-deċiżjoni Brexit u laqgħa f’mument fejn qed jingħad li hemm wisq diviżjoni bejn il-mexxejja tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

Dan is-summit informali huwa maħsub biex il-mexxejja jibdew jieħdu pożizzjonijiet komuni dwar il-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea, l-immigrazzjoni u l-ekonomija.

Il-President tal-Kunsill Ewropew Donald Tusk ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea ma ‘taħlix’ din il-kriżi li tinsab għaddejja minnha l-Unjoni. Tusk, eks Prim Ministru Pollakk, jittamma li tikkalma ftit it-tensjoni wara li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Lussemburgu qal li l-Ungerija għandha titlaq ‘l barra mill-Unjoni Ewropea, minħabba l-mod li bih trattata lill-dawk ifittxu l-ażil. L-Ungerija wieġbet lura bi kritika qawwija u botti relatati mal-evażjoni ta’ taxxa.

Lejliet is-summit tal-llum, Tusk qal li hemm bżonn ‘onestà brutali’ fil-mod li bih ikunu diskussi problemi Ewropej.

screen-shot-2016-09-16-at-11-47-17

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend