Notifiki

Il-MIDI se tiltaqa’ mal-gvern… lesta toffri “konċessjonijiet”

Il-MIDI kitbet lill-Kunsill Lokali tal-Gżira u qaltlu li qajjmet il-kwistjoni tal-aċċess għal Manoel Island mal-Gvern.

F’ittra permezz tal-avukati, tal-MIDI akkużaw lill-Kunsill Lokali li mhux qed ikun responsabbli u li m’hemmx sforz ġenwin biex tinstab soluzzjoni komuni.

“F’dawn il-laqgħat il-kumpanija se tesplora (mingħajr preġudizzju) l-possibbiltà li toffri xi konċessjonijiet,” intqal fl-ittra li fiha l-kumpanija ddefendiet il-pożizzjoni tagħha li żżomm il-post magħluq sakemm jitlesta’ x-xogħol. Il-MIDI qalet li fiċ-ċirkostanzi l-Kunsill Lokali qed ikun imħeġġeġ biex ma jkunx hemm l-attività maħsuba għas-Sibt f’Manoel Island fejn qed tkun irreklamata Clean UP.

Il-MIDI kienet qed tirreaġixxi għall-ittra tas-Sindku Conrad Borg Manche lbieraħ.

“Il-kunsilliera unanimament iddeċidew li formalment jitolbu aċċess għall-forshore at terminu ta’ Artiklu 15 tal-kuntratt tal-konċessjoni, kif riprodott hawn taħt. Ġie deċiż ukoll li il-kumpanija li inti tirrapreżenta tagħtina risposta sa mhux aktar tard minn għada l-Ġimgha 16 ta’ Settembru, sal-16:00 u jiġi indikat minn fejn se jingħata dan l-aċċess; u li jittieħdu il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, sabiex għall-ġid komuni, nevitaw azzjonijiet ulterjuri,” qal is-Sindku.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

2 Comments

  1. Konċessjonijiet ma rridux.
    Dik hija proprjetà PUBBLIKA u jien għandi dritt nemmen li l-kuntrat kien ingħata bil-korruzjoni.
    L-awtoritajiet għandhom jiddikjaraw il-kuntratt xolt mingħajr ebda kumpens u Manoel Island KOLLHA tingħata lura lill-pubblika għax hija proprjetà pubblika.
    Jekk iridu jispekulaw tal-MIDI jixtru proprjetà privata u jispekulaw lilha mhux jispekulaw proprjetà pubblika.

  2. Mela ahna tallaba. X affarijiet dawn? Jaghmlu li jridu b’artijiet pubblici. Mhux ta bxejn gibna pajjiz mimli bini qas fejn tiehu nifs ma fada u kulhadd marid b’l-azzma. Basta jibilaw il-miljuni.
    Ahna mhu ha nieqfu qatt niggildu dan il-kaz ghalija il-Gzirjani u f’dan il-kaz il-Maltin u l-Ghawdxin kollha jigu l-ewwel. Gurament li hadt u ha nonorah b’l-ikbar mod.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend