Biex negozji Maltin li għadhom jibdew jingħataw l-għajnuna

Ġie mniedi l-Progett Climate-KIC Accelerator, li se jkun qed jgħin biex intrapriżi li għadhom kemm fetħu l-operat tagħhom ikunu aktar innovattivi, iżommu u jkabbru l-klijentela, u jkunu f’pożizzjoni li jikbru.

Climate-KIC huwa proġett Ewropew, immirat biex iħeġġeġ komumitajiet jadottaw prattiċi sostennibli. F’dan l-istadju, start-ups jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna finanzjarja li tlaħħaq sa massimu ta’ ħmistax-il elf ewro. Dan mibarra taħriġ u eżerċjizzju ta’ networking fost oħrajn.

Għat-tnedija tal-programm kien preżenti l-Ministru Chris Cardona, li spjega li din hija opportunità tad-deheb għal start-ups f’dik li tissejjaħ ‘clean tech’ jew aħjar teknologija nadifa, fi stat bikri tal-intrapriza. Tkellem ukoll Darryl Grima,li qed jiehu ħsieb il-proġett.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend