Vittmi ta’ gwerra bla ħtija – Iċ-ċkejknin f’Aleppo jirnexxilhom jitbissmu – One News

Notifiki

Vittmi ta’ gwerra bla ħtija – Iċ-ċkejknin f’Aleppo jirnexxilhom jitbissmu

Il-ħoss tal-bombi, id-dmugħ u il-biki fuq wiċċ il-familjari li jkunu tilfu xi ħadd għażiż għalihom wara xi attakk – Inbidlu f’daħka fuq wiċċ it-tfal li jgħixu f’Aleppo.

Hekk kif bdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ festa Iżlamika – Eid al-Adha, li bdiet propju t-Tnejn, il-vittmi ċkejknin bla ħtija vittmi tal-gwerra tbissmu ftit hekk kif matul din iċ-ċelebrazzjoni l-familji jżuru l-ħbieb u qraba tagħhom u jitqassmu wkoll ir-rigali.

Iżda għal kull aħbar tajba hemm oħra ħażina, hekk kif it-trakkijiet tan-Nazzjonijiet Magħquda mimlija b’ikel li jista’ jitma lil madwar 40,000 persuna għal xahar sħiħ għadhom maqbuda mal-fruntieri Torok. Dan jumejn wara li daħal fis-seħħ ftehim għal waqfien mill-ġlied f’ċertu żoni fis-Sirja.

Li tasal l-għajnuna f’żoni li għaddew minn assedju fis-Sirja – bħal f’Aleppo – kienet l-ikbar priorità tal-qbil temporanju. Iżda d-diżgwit u n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ naħat qed jikkawżaw dewmien għall-konsenji t’emerġenza.

Il-Gvern tal-President Bashar al-Assad qal li kull għajnuna li ħa titħalla tidħol fil-pajjiż trid tgħaddi mingħand il-Gvern tiegħu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend