Żewġt irġiel l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara – One News

Notifiki

Żewġt irġiel l-isptar wara inċident tat-traffiku f’Birkirkara

Żewġt irġiel qegħdin jingħataw il-kura fl-isptar Mater Dei wara inċident fi Triq Mannarino, Birkirkara għall-ħabta tas-14.30p.m.

Minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li seħħ impatt bejn mutur tat-tip Piaggio Vespa misjuq minn raġel Taljan ta’ 54 sena residenti Birkirkira u Suzuki Swift misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti n-Naxxar. Flimkien mas-sewwieq tal-mutur kien hemm raġel Taljan ta’ 59 sena.

Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għandhom għaddejjin.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend