Telaq illum il-vapur tal-LNG – One News

Notifiki

Telaq illum il-vapur tal-LNG

Il-vapur li se jkun qiegħed jissuplixxi l-LNG fl-impjant il-ġdid f’Dellimara telaq minn Singapore illum. Wara li fl-aħħar ġimgħat saru l-ispezzjonijiet kollha marbuta mas-sigurtà, ilbieraħ fl-aħħar 48 siegħa saru testijiet fil-baħar u fl-aħħar 24 siegħa kien qed jingħata l-fuel.

Biex illum salpa lejn pajjiżna f’dak li huwa pass ieħor biex l-enerġija tkun iġġenerata b’sors nadif u li jagħmel inqas ħsara lill-ambjent u s-saħħa tan-nies. Il-bastiment se jkun ankrat Marsaslokk u kien meħtieġ għax għal snin twal tħalla fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ pipeline tal-gass.

Proġett li qed jitfassal mill-amministrazzjoni ta’ bħalissa u li meta jkun lest jieħu post il-bastiment.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend