Simon Busuttil sfidat jippublika l-ismijiet tal-iskema Ċedoli – One News

Notifiki

Simon Busuttil sfidat jippublika l-ismijiet tal-iskema Ċedoli

Simon Busuttil għandu jippublika l-ismijiet ta’ dawk li pparteċipaw fl-iskema ċedoli, dan intqal mill-Partit Laburista waqt konferenza tal-aħbarijiet ndirizzata mill-Ministru Owen Bonnici u l-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Gino Cauchi.

Cauchi spjega li mal-ewwel nofs okkażjoni il-Partit Nazzjonalista ra li jmur lil’hinn mit-trasparenza tal-liġi tal-finanzjament tal-partiti politiċi u ħareġ bi skema dubjuża li tixbaħ dik ta’ ħasil ta’ flus. Żied jgħid li bil-liġi tal-finanzjament wieħed ikun jaf min huma n-nies li qed jagħtu flus lill-partiti.

Fil-każ tal-iskema Ċedoli tal-Partit Nazzjonalista, dan m’huwiex il-każ għaliex hija skema dubjuża u tagħti protezzjoni li isimhom jibqa anonimu. Fakkar li l-iskema qed jagħmilha partit li qatt ma ċaħad li hu midjun.

Minn naħa tiegħu l-Ministru għall-Ġustizzja sfida lil Simon Busuttil biex jippublika l-ismijiet. Bonnici qal li l-iskema evadiet it-trasparenza tal-liġi. Hemm min qed jgħid li din hija skema ta’ self sigriet jekk huwa self qal Bonnici dan huwa self b’sistema prekarja ħafna.Huwa stqarr li jekk irridu nemmnu lil Busuttil li skema Ċedoli hija skema trasparenti huwa għandu jippublika l-ismijiet. Fakkar li f’ 25 sena, il-Partit Nazzjonalista fil-Gvern m’għamilx liġi simili.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend