Aktar nies jitilfu ħajjithom wara li ntlaħaq ftehim – One News

Notifiki

Aktar nies jitilfu ħajjithom wara li ntlaħaq ftehim

Lanqas għaddiet ġurnata minn meta ntlaħaq ftehim bejn il-Gvern Amerikan u dak Russu biex jieqaf il-ġlied fis-Sirja, li ma reġgħux intilfu l-ħajjiet kawża t’attakki mill-ajru fl-istess pajjiż.
Madwar mitt persuna tilfu ħajjithom sigħat biss wara li ntlaħaq l-imsemmi ftehim. Attakki mill-ajru fuq suq fil-belt ta’ Idib ħallew sittin persuna mejta, filwaqt li minn tal-inqas ħamsa u erbgħin oħra mietu f’attakki fil-provinċja t’Aleppo.

Il-ftehim għandu jara waqfa mill-vjolenza f’partijiet fis-Sirja għal għaxart’ijiem jibdew minn inżul ix-xemx tat-Tnejn.

Ftehim li ntlaqa’ tajjeb mit-Turkija u mill-Unjoni Ewropea, li wissew dwar iktar bżonn t’azzjoni.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend