Kjarifikazzjoni wara allarm mill-Iskalin

Fi stqarrija, Projects Malta kjarifikat li għad m’hemmx ftehim sabiex tiġi żviluppata biċċa art għal spazju ta’ parkeġġ taħt l-art, f’Wied il-Għajn.

Dan b’reazzjoni għal numru ta’ rapporti li ħarġu mill-istampa li ġabu reazzjoni qawwija mis-sidien ta’ numru ta’ boat houses. Dan għaliex intqal li riżultat ta’ dan il-proġett ikollhom jiġu rilokati numru ta’ postijiet tas-sidien tad-dgħajjes.

Projects Malta sostniet li fl-aħħar xhur kienet f’diskussjoni mal-awtoritajiet, inkluż mal-Kunsill Lokali tal-Iskalin. Ikkonfermat li ġew identifikati mal-għaxar siti iżda ħafna minnhom ma laħqux il-kriterji meħtieġa u għalhekk issa hemm sit partikolari li qed jiġ studjat bir-reqqa.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend