Dehra rari ħafna f’pajjiżna; Kaċċaturi San Ubertu jikkundannaw il-mużika għolja fil-Buskett – One News

Notifiki

Dehra rari ħafna f’pajjiżna; Kaċċaturi San Ubertu jikkundannaw il-mużika għolja fil-Buskett

Kienet dehra rari dik li osservaw membri tal-Kaċċatur San Ubertu lbieraħ wara nofsinhar. Aktar minn 55 Astun Iswed (Black Kites) taru ftit bogħod mill-Buskett, biex ifittxu post fejn jistgħu jorqdu.

Esperti jemmnu li din hija t-tieni l-ikbar dehra ta’ dawn it-tip ta’ għasafar li qatt kellna ful-gżejer Maltin, għaliex s-soltu wieħed ikun jista’ jara biss waħdiet.

Kaċċaturi San Ubertu wkoll ikkundannaw il-mużika għolja ħafna li kienet ġejja mil-Buskett, tant li qalu li s-sound checks li sar fit-tlieta ta’ wara nofsinhar kienu diġa’ qed ikunu ta’ xkiel u wieħed bilkemm seta’ jikkomunika fir-ring road barra. Aħseb u ara, qalu l-Kaċċaturi, l-livell ta’ storbju madwar is-siġar kemm kien jinħass għal dawn l-għasafar. Saqser domandi dwar il-permessi mgħotija waqt dan iż-żmien ta’ migrazzjoni.

Ritratt: Marcus Camilleri

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend