4 xhur ħabs wara li daħħal miegħu l-ħabs l-eroina – One News

Notifiki

4 xhur ħabs wara li daħħal miegħu l-ħabs l-eroina

Raġel ta’ 35 sena mill-Kosta tal-Ivorju ingħata s-sentenza t’erba’ xhur ħabs wara li nstab ħati li kellu fil-pussess tiegħu d-droga eroina meta daħal fil-ħabs ta’ Kordin. Il-każ imur lura għal Marzu tas-sena l-oħra, meta mar fil-Faċilità biex iħallas depożitu fuq każ ieħor li kellu.
Id-droga nstabet f’pakkett fil-ġakketta tal-akkużat waqt tfittxija mill-Pulizija, meta l-akkużat kien insista li l-pakkett ma kienx tiegħu u li dik kienet l-ewwel darba li kien qed jarah. Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti kkunsidrat li l-imputat kien diġa ngħata probation u għaldaqstant kien tilef iċ-ċans li jirriforma ruħu, iżda fl-istess waqt innutat li l-ammont ta’ droga kien żgħir ħafna.

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

  1. Dan riċediv kemm-il darba.
    X’qed jagħmel hawn.
    Għalfejn tħalla jibqa’ Malta?
    Meta se jitkeċċa lura lejn pajjiżi.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend