It-Turkija u l-Amerka lesti jeħilsu mill-ISIS f’Raqqa – One News

It-Turkija u l-Amerka lesti jeħilsu mill-ISIS f’Raqqa

Il-President Tork, Recep Tayyip Erdogan qal li pajjiżu flimkien mal-Istati Uniti huma lesti li jeħilsu lir-Raqqa mill-Istat Islamiku

Erdogan qal li dan il-ħsieb ta’ azzjoni u kollaborazzjoni kien diskuss flimkien mal-President Amerikan, Barack Obama meta ltaqgħu fiċ-Ċina għas-summit tal-G20.

Din l-aħbar waslet wara li x-xahar li għadda, t-Turkija nediet operazzjoni fis-Sirja bil-mira jkunu l-Isis u r-ribelli Kurdi.

Minkejja dan, għadu ma kien hemm l-ebda konferma min-naħa tal-Istati Uniti dwar dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend