Farsons tinawgura investiment ta’ €27 miljun – One News

Farsons tinawgura investiment ta’ €27 miljun

Simonds Farsons Cisk plc illum inawgurat faċilità mill-aktar moderna u avvanzata għall- packaging tal-birra fil-Birrerija tagħha fl-Imrieħel b’investiment ta’ €27 miljun. Dan l-aktar investiment riċenti fil-faċilitajiet operattivi tagħha se jippermetti li Farsons tagħ mel packaging  ta’ birer u xorb ieħor u b’hekk se jinfetħu orizzonti ġodda għall-futur. Din il-faċilità ġdida kienet inawgurata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li Farsons tista’ tiffjorixxi fi klima ekonomika tajba, b’rata rekord ta’ tkabbir ekonomiku, żieda konsiderevoli fl-ammont ta’ flus disponibbli għall-konsumatur u ammont rekord ta’ turisti. Faħħar l-attitudni tal-kumpanija, li fid-dawl ta’ dan kollu, temmen li għandha tkun protagonista. Qal  li r-rwol tal-Gvern hu li jiżgura li negozji Maltin jibqgħu jgawdu minn din il-klima pożittiva.

Fakkar li f’temp ta’ ftit jiem, kien inawgurat sptar privat li jiswa €9 miljun, li se jikkumplimenta l-investiment ta’ €200 miljun mis-settur privat fil-qasam tas-saħħa. Dan minbarra l-ftehim li se jara l-ajruplani tal-Easyjet jiġu għat-tiswija u servicing hawn Malta.

Dan kollu, qal il-Prim Ministru, huwa riżultat tal-viżjoni li dan il-Gvern għandu għall-pajjiż, biex ikun l-aqwa l-effiċjenza, il-kompetittività u l-investiment dinji.  Huwa riżultat ta’ deċiżjonijiet, li minkejja li ma jintgħoġbux minn kulħadd, jittieħdu.

Ir-riżultat, qal il-Prim Ministru, huwa tkabbir ekonomiku li huwa l-aqwa fl-Ewropa u li sar in-norma l-ġdida. Dan minkejja li għad fadal xi jsir fil-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, il-faqar, it-titjib tal-ambjent u l-gvernanza.

Irringrazzja lil Farsons u qal li l-Gvern iddiskuta mal-kumpanija biex jiżgura li tadotta politika tajba. Fosthom hemm il-ġbir ta’ fliexken vojta, li diġa bdiet tkun implimentata iżda li għad trid tiġi mtejba.

Temm jgħid li jinsab ħerqan għal aktar investiment fil-ġejjieni.

screen-shot-2016-09-08-at-00-58-55

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend