Imħassbin dwar l-edukazzjoni primarja – One News

Notifiki

Imħassbin dwar l-edukazzjoni primarja

Il-Unesco esprimiet il-ħsibijiet tagħha, dwar l-miri globali li sal-aħħar tal-2030, kull tifel u tifla madwar id-dinja jkollu tal-inqas edukazzjoni primarja.

L-aġenzija stqarret li bir-rata ta’ progress rreġistrat, din il-mira mhux se tintlaħaq qabel l-2042.

Rapport li ħarġet il-UNESCO, juri kif 61 miljun tifel u tifla lanqas biss għandhom aċċess għall-edukazzjoni primarja.

Dwar l-edukazzjoni internazzjonali, dan ir-rapport ta’ monitoraġġ juri li jekk ma jsir xejn dwar dawn il-miri b’mod immedjat, l-wegħda għall-edukazzjoni globali sal-2030 żgur mhux se tintlaħaq.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend