Għal darb’oħra l-‘lifeguards’ tar-Red Cross jirriskjaw ħajjithom – One News

Notifiki

Għal darb’oħra l-‘lifeguards’ tar-Red Cross jirriskjaw ħajjithom

Għall-ħabta tas-18.30p.m erba’ persuni sabu ruħhom f’diffikultá wara li niżlu jgħumu f’baħar imqalleb f’Golden Bay. Iż-żewġ persuni ngħataw l-għajnuna minn xi persuni li kienu fuq il-post, waħda mill-għawwiema li hija ta’ Nazzjonalita Spanjola u għandha 22 sena ttieħdet l-isptar għall-kura. Il-kundizzjoni tagħha għad mhux magħrufa.

Screen Shot 2016-09-06 at 19.56.04

Fuq is-sit soċjali ta’ facebook il-Malta Red Cross kienet diġa appellat lill-pubbliku biex jagħtu każ il-bnadar li jinstabu fuq il-bajjiet li l-għan tagħhom huwa li jinfurmaw lill-għawwiema jekk il-baħar ikunx sikur għall-għawm. Il-kuluri ta’ dawn il-bnadar jwasslu messaġġ differenti – il-kulur aħmar, u bandiera doppja, illum kienet hemm bħala twissija li l-baħar ma kienx tajjeb għall-għawm.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend