“Ir-referee ħassar is-sabiħ tal-logħba” – Il-Viċi-President tal-MFA – One News

“Ir-referee ħassar is-sabiħ tal-logħba” – Il-Viċi-President tal-MFA

Il-Viċi-President tal-Malta Football Association qal li ma jistax inaqqas mir-rabja għal dak li seħħ fil-logħba tal-bieraħ bejn Malta u l-Iskozja. Fuq facebook esprima d-diżappunt tiegħu għad-deċiżjonijiet tar-referee, kif wara kollox qed jagħmlu bosta.

“Ħallejt il-lejl jgħaddi biex forsi ttaffi ftit ir-rabja li kelli lbieraħ filgħaxija. Però qomt iktar irrabjat dalgħodu. Ma rridx ngħid li konna aħjar mill-Iskoċċiżi, iżda lanqas huma ma jistgħu jgħidu li kienu aħjar minna,” kiteb Chris Bonnet.

“Sfortunatament ir-referee ħassar is-sabih kollu li kellha l-logħba…players li taw qalbhom, support eċċezzjonali u atmosfera unika. Grazzi lilkom kollha li segwejtu bi ħġarkom lit-team tagħna. Grazzi lill-players li onoraw il-flokk u ġġieldu fuq kull ballun,” żied Bonnet. Il-Viċi-President qal li issa rridu nħarsu ‘l quddiem. “Għandna żewġ logħbiet importanti ħafna f’Ottubru. Il-ħolma ta’ Wembley u vjaġġ iebes lejn il-Litwanja għal-logħba importanti ħafna għat-team tagħna,” temm jikteb Bonnet.

Ta’ QabelLi Jmiss
F’dan il-blog Aleander Balzan se jkun qiegħed jikteb ħsibijietu dwar temi differenti li jkunu għaddejjin f’pajjiżna; mill-politika għal temi soċjali u oħrajn kontroversjali. Min jaf lil Aleander jaf li huwa dritt għal punt u dak li għandek tistenna f'dan l-ispazju. Huwa gradwa fl-Istudji Ewropej, il-Komunikazzjoni u l-Politika mill-Università ta’ Malta

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend