Notifiki

Int taf x’inhi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri?

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, stabbilita fl-1977 fil-Lussemburgu, taċċerta li l-fondi tal-Unjoni Ewropea jinġabru u jintużaw kif għandu jkun. Tgħin ukoll biex ittejjeb l-immaniġġjar finanzjarju tal-Unjoni.

Il-president tagħha huwa Vìtor Manuel da Silva Caldeira, u fiha jkun hemm membru minn kull pajjiż tal-Unjoni Ewropea. Pajjiżna kien rappreżentat minn Josef Bonnici għall-ewwel darba, segwit minn Louis Galea, u jekk ikun approvat illum, Leo Bricat.

 Biex tkun effettiva, il-Qorti hija indipendenti mill-istituzzjonijiet u l-korpi li tawditja.

Ir-rwoli ta’ din il-Qorti jvarjaw:

 • Tawditja d-dħul u n-nefqa tal-UE, biex tara li l-fondi jinġabru u jintefqu kif suppost, jiksbu valur għall-flus u jkunu ġustifikati.

• Tikkontrolla kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni li tittratta mal-fondi tal-UE – inklużi verifiki għal għarrieda fl-istituzzjonijiet tal-UE (speċjalment fil-Kummissjoni), fil-pajjiż tal-UE u fil-pajjiżi li jirċievu l-għajnuna mill-UE.

• Tikteb is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet f’rapporti ta’ awditjar għall-Kummissjoni Ewropea u l-gvernijiet nazzjonali.

• Tirrapporta suspetti ta’ frodi, korruzzjoni jew attività illegali oħra lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

• Tipproduċi rapport annwali għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-UE, li l-Parlament jeżamina qabel ma jiddeċiedi jekk japprovax il-mod kif il-Kummissjoni tittratta l-baġit tal-UE.

• Tagħti l-opinjoni esperta tagħha lil dawk li jfasslu l-politika tal-UE dwar kif il-finanzi tal-UE jistgħu jiġu mmaniġġjati aħjar u jkunu iktar responsabbli lejn iċ-ċittadini.

• Tippubblika wkoll opinjonijiet dwar leġiżlazzjoni preparatorja li tħalli impatt fuq l-immaniġġjar finanzjarju tal-UE, kif ukoll dokumenti ta’ pożizzjoni, eżamijiet u pubblikazzjonijiet ad hoc dwar kwistjonijiet ta’ finanzi pubbliċi tal-UE.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend