Notifiki

Iktar ajruplani għall-manutenzjoni f’Malta; ftehim bejn Easy Jet u Lufthansa Technik

Kien iffirmat ftehim importanti li permezz tiegħu l-kumpanija Easy Jet se ġġib għall-manutenzjoni f’pajjiżna mal-mitt ajruplan A320, bil-manutenzjoni ssir mil-Lufthansa Technik.

Il-ftehim ta’ ħames snin kien iffirmat f’Kastilja fil-preżenza tal-Prim Ministru, Joseph Muscat, li kif mistenni esprima sofisfazzjon għal din l-aħbar li tkompli ssaħħaħ isem pajjiżna fis-settur tal-avjazzjoni.

Saħansitra dan il-ftehim isegwi ieħor li l-istess Easy Jet għamlet ma’ SR Technik ftit tax-xhur ilu biex il-linja tal-ajru Ewropea llum hija waħda mill-ikbar klijenti ta’ Malta. Din il-linja tal-ajru għandha madwar 240 ajruplan, 800 rotta u 133 destinazzjoni f’madwar 31 pajjiż. Kull sena ġġorr mas-sebgħin miljun passiġġier. Kumpaniji bħal din qed ikomplu jfittxu Malta anke minħabba l-għajnuna tal-gvern permezz ta’ entitajiet bħal Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks.

Screen Shot 2016-09-05 at 11.41.33

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend