Eluf jipprotestaw kontra ‘il-ġungla’ tal-immigranti – One News

Notifiki

Eluf jipprotestaw kontra ‘il-ġungla’ tal-immigranti

Eluf ta’ persuni mistennija jinġabru flimkien fil-belt Franċiża ta’ Calais, u jipprotestaw sabiex jingħalaq il-kamp tal-immigranti li huwa magħruf bħala ‘Il-Ġungla’.

F’dan il-kamp jgħixu mas-sebat elef ruħ, f’kundizzjonijiet meqjusa inumani. Ħafna mill-immigranti li jgħixu f’dan il-kamp huma mil-Lvant Nofsani, l-Afghanistan u l-Afrika. Huma bosta minn dawn l-immigranti li mhux darba jew tnejn pruvaw jaqbżu fuq it-trakkijiet biex forsi jaslu sal-Ingilterra.

Ħafna huma tal-fehma li l-kamp idgħajjef il-belt u joħloq tfixkil fil-port.

Is-sindku ta’ Calais qalet li s-sitwazzjoni f’dan il-kamp qed issir waħda insapportabbli. Min-naħa tiegħu, l-ministru għall-intern Franċiż qal li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jagħlaq dan il-kamp. Il-ġimgħa li għaddiet, Franza u r-Renju Unit qablu li jaħdmu flimkien biex itejbu din is-sitwazzjoni.

Screen Shot 2016-09-05 at 11.55.53

Ta’ QabelLi Jmiss

1 Comment

Leave a Reply to James Busuttil Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend